Tuesday, May 14, 2024

Hakan Calhanoglu se jġedded sentejn ma’ Inter

Aqra wkoll

Wara li tintemm il-finali tal-UEFA Champions League bejn Inter u Manchester City, il-plejer ta’ nofs il-grawnd Hakan Calhanoglu mistenni jġedded il-kuntratt man-Nerazzurri għas-sentejn li ġejjin.

Hu mifhum li Calhanoglu se jkun qed jaqla’ madwar €5 miljun kull staġun. Hu ngħaqad ma’ Inter fis-sena 2021 mingħand Milan. Hu lagħab 66 partita u skorja 10 gowls.

Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Karlsruhe, Hamburg, Bayer Leverkusen u Milan.

Sport