Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Illum Luciano Spalletti se jispiċċa uffiċjalment minn kowċ ta’ Napoli

Illum Luciano Spalletti se jispiċċa uffiċjalment minn kowċ ta’ Napoli

0
397

Wara li ġie kkonfermat li Luciano Spalletti se jieqaf minn kowċ ta’ Napoli, huwa se jkun qed jieħu sena sabbatika iġifieri mhux se jikkowċja matul l-istaġun li ġej.

Minkejja kollox, sar magħruf li jekk il-kowċ mill-belt ta’ Certaldo jitħajjar imexxi tim, hu jrid iħallas penali ta’ €3 miljun wara ftehim li sar mal-president tal-Partenopei Aurelio de Laurentis.

Spalletti mexxa lil Napoli għar-rebħ tat-tielet Scudetto tagħhom wara 33 sena.