Wednesday, May 1, 2024

Ħamrun Amateurs jirbħu l-MAFA 3rd Division Fair Play Award

Aqra wkoll

Ħamrun Amateurs rebħu l-unur tal-fair play talli kien it-tim bl-aqwa rekord dixxiplinarju fid-Diviżjoni.

L-istaġun 2022–23 kien l-ewwel staġun fl-istorja u d-debutt tagħhom fit-Tielet Diviżjoni tal-MAFA.

Fil-ħmistax-il partita tal-kampjonat, huma rċevew l-inqas ammont ta’ karti sofor u ħomor mit-timijiet l-oħrajn kollha li kienu qed jikkompetu fl-istess diviżjoni.

It-trofew tal-Fair Play se jingħata waqt il-MAFA Presentation Night li se ssir fid-9 ta’ Ġunju li ġej.

Sport