Saturday, May 4, 2024

Hamrun S. jibdew l-istaġun b’rebħa kbira fuq Hibernians

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hibernians ……….1

Hamrun S. ……….4

Hamrun Spartans taw twissija serja li se jkunu minn fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-Kampjonat Premier billi umiljaw liċ-champions Hibernians bl-iskor ta’ 4-1.

L-Ispartans ma setgħux kellhom bidu aħjar meta fis-sitt minuta fetħu l- iskor meta Roko Prsa indirizza cross b’EMERSON MARCELINA jogħla bejn żewġ difensuri u b’daqqa ta’ ras preċiża xeħet fix-xibka.

Huma komplew fuq l-offenisva u fid-19-il minuta Jonny kellu xutt sabiħ salvat minn mal-art mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Hibernians, Ibrahim Kone.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Ispartans u fil-21 minuta rduppjaw l-iskor meta Elvis Mashike Sukisa seraq il-ballun mingħand Ali Diakite, għadda tajjeb lejn JONNY li għalkemm ippressat minn Ferdinando Apap kellu x-xutt dijagonali tiegħu minn ġol-kaxxa jintemm fir-rokna tax-xibka.

Fis-27 minuta, Hamrun ġew imċaħħda meta l-kanunata ta’ Jorge Ailton Soares stampat mal-mimduda.

Fit-32 minuta, Jonny xeħet cross insidjuż għan-nofs fejn kien hemm indeċiżjoni minn Andrei Agius b’Elvis Mashike Sukisa iżda ma jirnexxilux jolqot il-ballun li ntemm barra.

Fit-38 minuta, Hibernians wieġbu għall-ewwel darba meta Jake Grech xeħet cross li sab lil Jurgen Degabriele li iżda minn taħt il-lasta xeħet għoli.

Il-ftuħ tat-tieni taqsma ra waqfa ta’ kważi kwarta meta, bl-ebda intenzjoni, Henry Bonello kellu daħla kerha fuq Yunusa Muritala fejn it-tnejn weġġgħu u kellhom jiġu sostitwiti.

Madankollu fit-73 minuta, Hibernians wettqu reazzjoni tajba u naqqsu l-marġni tal-iskor meta JURGEN DEGABRIELE  mill-viċin ma żbaljax.

Il-partita saret waħda bilanċjata iżda, fl-84 minuta, Hamrun kien sfortunati meta x-xutt ta’ Luke Montebello ħabat ma’ sieq il-lasta.

Fil-103 minuta, Hamrun skorjaw it-tielet goal meta s-sostitut Ederson Bruno Domingos seraq ballun f’nofs il-ground qabel ipprovda l-assist lill ELVIS MASHIKE SUKISA li dar tajjeb ma’ Ibrahim Kone u tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fil-109 minuta meta reġa’ kien ELVIS MASHIKE SUKISA li wara li rċieva mingħand Matthew Guillaumier dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel permzz ta’ xutt fil-baxx u b’xamma kbira għall- goal tefa’ ġewwa.

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinado Apap, 6-Gonzalo Llerena Bravo, 7-Thaylor Aldama, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristnsen, 20-Andrei Agius (17-Gabriel Mensah 98), 22-Gabriel Izquier Artiles (19-Joseph Zerafa 83), 23-Yunusa Owalabi Muritala (9-Jairo Morillas Rivero 67) , 42-Ali Diakite   – Coach: Andrea Pisanu

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello (13-Steve Sultana 67), 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 9-Elvis Mashike Sukisa (77-Shaisen Attard 120), 10-Jorge Ailton Soares (3-Ederson Bruno Domingos 81), 12-Roko Prsa, 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan (22-Moussa Balla Sowe 67), 63-Jonny (7-Luke Montebello 81), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli   – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: E. Marcelina 6, Jonny 21, E. Masike Sukisa 103, 109 (HS), J. Degabriele 73 (HBS)

AMMONITI: R. Prsa, E. Marcelina (HS), G. Llerena Bravo (H)

Sport