Fl-aħħar dettalji tas-saga Hamrun Spartans maqbuda fin-Norveġja, skont informazzjoni li kiseb dan is-sit, huwa mifhum li Hamrun Spartans ħallew Bergen ġewwa n-Norveġja għall-ħabta tal-11am ħin lokali f’attentat finali biex jaslu l-Gżejjer Faroe wara aktar minn 36 siegħa ta’ tfixkil fl-ivvjaġġar ikkawżat minn ċpar qawwi.
Jekk l-ajruplan għal darb’oħra ma jkunx jista’ jinżel, l-iskwadra mistennija tirritorna lejn Malta. Jidher li dan kollu ħalla l-effett tiegħu, bil-players u l-istaff viżibbilment eżawriti, filwaqt li l-frustrazzjoni kibret mad-delegazzjoni kollha li kienet qed tivvjaġġa wara t-tentattivi ripetuti li fallew biex jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.
Intant, mhux eskluż li Hamrun jagħtu walk-over lill-avversarji.








