Monday, May 13, 2024

Hamrun Spartans inkurunati champions 2023/24

Aqra wkoll

Hamrun Spartans …1

Hibernians …………..1

Hamrun Spartans ġew inkurunati champions meta fl-aħħar partita tal- kampjonat huma spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Hiber­nians liema logħba kienet biss formalitá minħabba li l-Ispartans kienu diġá dikjarati champions fir-rebħa ta’ 5-0 fuq Floriana. 

Hamrun għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita hekk kif fil-ħames minuta fetħu l-iskor meta Uros Djuranovic għadda tajjeb lejn Ryan Camenzuli li min-naħa tie­għu xeħet cross mix-xellug li sab lil JONNY li mill-viċin spara ġewwa. 

Huma komplew jippressaw u 10 minuti wara resqu viċin li jirduppjaw meta l-istess Jonny kellu tentattiv devjat f’corner mid-difiża Pawlista.

L-Ispartans komplew jiddominaw u fil-25 minuta, Uros Djuranovic approfitta minn żball fid-difiża ta’ Hibernians iżda x-xutt tiegħu ġie salvat ferm tajjeb mill-goalkeeper Hugo Sacco.

Madankollu, kontra x-xej­ra tal-logħob, fl-40 minuta, il-Pawlisti għamlu l-iskor indaqs meta wara li rċieva mill-cross ta’ Kurt Shaw, RODNEY ANTWI kellu l-konklużjoni aktrobatika mill-viċin tintemm fix-xibka.

L-Ispartans wieġbu żewġ minuti biss wara meta minn tarf il-kaxxa, Jonny venven xutt li għadda ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta appellaw għal penalty meta s-sostitut Ederson Domingos twaqqa’ fil-kaxxa iżda kien kollox normali għar-referee, Alex Johnson.

Hibernians wieġbu fis-67 minuta meta Robert Bairam xeħet cross lejn Rodney Antwi li bir-ras mill-viċin ikkonkluda barra.

Bil-ħin għaddej, il-kamp Ħamruniż kien aktar moħħu fiċ-ċelebrazzjonijiet milli fil-partita fiha nnifisha … biex is-suffara finali ġabet magħha emozzjonijiet kbar. 

Wara l-partita, il-president tal-MFA, Bjorn Vassallo, ppreżenta t-tazza lill-captain ta’ Hamrun, Steve Borg.

HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg (77-Gabriel Vella 71), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva (42-Nemanja Krstic 63), 23-Uros Djuraniovic (33-Christian Rutjens 71), 27-Ognjen Bjelicic (25-Ederson Bruno Domingos 46), 30-Seth Paintsil, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny – Coach: Luciano Zauri

HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Caruana (20-Artem Radchenko 79), 8-Robert Bairam (17-Isaiah Ckukunyere 79), 21-Alex Bruno De Souza Silva (10-Jurgen Degabriele 85), 22-Gabriel Izquier Artiles, 23-Claudio Bonanni, 29-Giannis Bastianos (9-Sime Zuzul 79), 77-Rodney Antwi (7-Ayrton Attard 79), 99-Gabriel Fernandes   – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS:  Jonny 5 (HS), R. Antwi 40 (H)

AMMONITI: Jonny, C. Rutjens (HS), A, Bruno De Souza Silva (H)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport