Monday, May 13, 2024

Paul Zammit jestendi l-kuntratt ma’ Sliema Wanderers FC b’sentejn

Aqra wkoll

Sliema Wanderers Fc ħabbru li Paul Zammit se jkompli bħala kowċ tal-Blues għaż-żewġ staġuni li ġejjin.

Taħt il-gwida tiegħu, Sliema rnexxielhom jaqilbu l-fortuni tagħhom wara li l-istaġun li għadda rebħu l-BOV Challenge League, waqt li kkwalifikaw għall-Europa Conference League, wara li spiċċaw fit-tielet post fil-Kampjonat Premier ta’ din is-sena.

Il-Blues se jkunu qed jirritornaw fil-futbol Ewropew wara assenza ta’ kważi għaxar snin, wara li l-aħħar li lagħbu fl-edizzjoni tal-Europa League 2014/2015 kontra Ferencvaros tal-Ungerija.

Sliema spiċċaw it-tielet b’50 punt u huma wieħed mill-erba’ semi-finalisti fl-FA Trophy.

Huma jiffaċċjaw lil Birkirkara l-ġimgħa d-dieħla għall-post fil-finali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport