Thursday, April 25, 2024

Ħamrun Spartans ippreżentati bit-trofew tat-Tim tas-Sena f’Ta’ Qali

Aqra wkoll

Is-Sibt qabel il-logħba bejn Ħamrun Spartans u Gżira United saret il-preżentazzjoni tat-trofew tat-Tim tas-Sena lil Ħamrun Spartans.

Ħamrun Spartans rebħu l-unur tat-Tim tas-Sena fl-aħħar edizjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali organiżżata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ SportMalta. Din l-edizzjoni kienet tkopri l-perjodu tas-sena 2022.

Il-preżentazzjoni tat-trofew saret minn Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports lill-captain ta’ Ħamrun Spartans Steve Borg fil-preżenza tat-tim kollu.

Din kienet biss it-tielet darba li tim tal-futbol rebaħ l-unur tat-tim tas-Sena fl-Isportivi Nazzjopnali. Fil-passat rebħu dan l-unur Sliema Wds fl-1996 u Valletta FC fl-1997.

Ir-rebbieħa kollha tal-unur Tim tas-sena sa min meta ġie introdott dan l-unur kienu dawn:

1995 Sparar – Commonwealth Games Trap Team

1996 Football – Sliema Wanderers FC

1997 Football – Valletta FC

1998 Water Polo – Sliema Aquatic Sports Club

1999 Squash – Tim Nazzjonali Nisa

2000 Water Polo- Sirens Aquatic Sports Club

2001 Ibburdjar – Strait Dealer crew

2002 Waterpolo – Tim Nazzjonali ‘A’

2003 Basketball – Tim Nazzjonali Nisa

2004 Rugby – Tim Nazzjonali ‘A’

2005 Snooker – Tim Nazzjonali ‘A’

2006 Powerboats – Chaudron Team

2007 Football – Tim Nazzjonali ‘A’

2008 Powerboats – Chaudron Team

2009 Basketball – Tim Nazzjonali Nisa

2010 Table Football – Tim Nazzjonali Rġiel

2011 Rugby – Tim Nazzjonali ‘A’

2012 Mr. Whippy – Drag Racing Team

2013 Water Polo – Tim Nazzjonali ‘A’

2014 Water Polo – Tim Nazzjonali ‘A’

2015 Water Polo – Tim Nazzjonali ‘A’

2016 Football – Tim Nazzjonali u/21 (revokat)

2017 Water Polo – San Ġiljan ASC

2018 Basketball – Tim Nazzjonali Rġiel

2019 Ibburdjar  – Elusive II

2020 Football – Tim Nazzjonali Nisa

2021 Water Polo – Tim Nazzjonali Rġiel u/15

Sport