Friday, April 19, 2024

Hamrun Spartans jippreżentaw seba’ players barranin ġodda

Aqra wkoll

Wara li ppreżentaw formalment lid-difensur internazzjonali Malti Ryan Camenzuli, Hamrun Spartans ippreżentaw seba’ players barranin ġodda li ngħaqdu mal-club fil-ġimgħat li għaddew.

Il-players huma Vinícius de Freitas Ribeiro, Rodrigo Callegari Torre, Jonny Robert do Nascimento Torres, Ognjen Bjelicic, Mousa Balla Sowe, Roko Prša u Elvis Sukisa Mashike.

Id-difensur xellugi Brażiljan ta’ 29 sena Vinicius beda l-karriera tiegħu fi Cruzeiro fil-Brażil u ingħaqad ma’ Lazio fl-Italja minn fejn ġie misluf lil Padova, Perugia u FC Zurich fl-Iżvizzera. Huwa ġie rilaxxat u ngħaqad mal-AEK Athens iżda mbagħad irritorna l-Brażil fejn lagħab ma’ Chapecoense, Botafogo u Joinville SC.

Id-difensur ċentrali Arġentin ta’ 25 sena Rodrigo Callegari, ħu Emiliano Callegari ta’ Floriana, beda l-karriera tiegħu f’CA San Telmo iżda sentejn ilu mar l-Italja fejn lagħab ma’ Lanusei u Fasano.

L-attakkant Brażiljan ta’ 24 sena Jonny lagħab ma’ AA Coruripe, Tocantins EC, Central SC, EC Cruzeiro u Zumbi EC fil-Brażil.

Il-midfielder difensiv Serb ta’ 24 sena Ognjen Bjelicic huwa prodott ta’ Crvena Zvezda – Red Star Belgrade. Huwa lagħab ma’ FK Rad fis-Serbja u wara perjodu qasir ma’ FC Viktoria Plzen fir-Repubblika Ċeka, mar lura lejn is-Serbja fejn kien fuq il-kotba ta’ FK Sindjelic Belgrade, FK Indjija u FK Radnicki Nis.

Il-winger xellugi tal-Gambja ta’ 25 sena Mousa Balla Sowe mar l-Italja minn età żgħira u kien fuq il-kotba ta’ Parma, Vibonese, Gela, Turris, Monterosi u Atletico Fiuggi.

Il-midfielder ċentrali Kroat ta’ 26 sena Roko Prša lagħab ma’ HNK Segesta Sisak, NK Zagreb, Dinamo Zagreb, NK Rudes, Inter Zapresic u NK Vinogradar fil-Kroazja qabel mar l-Istati Uniti fejn lagħab ma’ UMass Lowell River Hawks u Seacoast United qabel ma rritorna lejn l-Ewropa fejn ingħaqad ma’ NK Fuzinar u eventwalment NK Aluminij fis-Slovenja

L-attakkant Kongoliż ta’ 28 sena Elvis Sukisa Mashike lagħab fl-Ewropa minn età żgħira fejn għamel dan ma’ Slovan Galanta, Banik Ruzina, Orion Tip Sered, MFK Zvolen u Zlate Moravce fis-Slovakkja u Loko Vltavin, Ceske Budejovice, Slovan Liberec, Viktoria Zizkov u Slavoj Vysehrad fir-Repubblika Ċeka qabel irritorna fis-Slovakkja fejn lagħab ma’ FK Senica u MSK Zilina.

Sport