Saturday, July 25, 2026
Home Sport Harry Kane jista’ jibqa’ ma’ Tottenham

Harry Kane jista’ jibqa’ ma’ Tottenham

0
411

Harry Kane jista’ wara kollox jibqa’ ma’ Tottenham Hotspur u ma jiċċaqlaq mal-ebda klabb ieħor għall-istaġun li ġej.

Id-diriġenti ta’ Tottenham offrew lil Kane li jmur jilgħab barra mill-Ingilterra fejn Bayern Munich kienu interessati iżda ma jridux li l-attakkant prolifiku jiġi akkwistat minn klabb Ingliż. Fil-fatt Chelsea, Arsenal u Manchester United kienu interessati fih.

Mill-banda l-oħra, Kane qed ifittex li jikser ir-rekord ta’ 260 gowl fil-Premier League Ingliż tal-eks-attakkant Alan Shearer u għalhekk diffiċilment jista’ jiċċaqlaq minn fejn hu.