Tuesday, April 30, 2024

Jose Mourinho se jitlaq lil Roma?

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ AS Roma Jose Mourinho kien ferm irrabbjat wara t-telfa bl-għoti tal-penalties kontra Seville.

Apparti li ħadha kontra r-referee tal-partita li skont hu xejn ma kkontrolla l-logħba kif suppost, The Special One, kif inhu mlaqqam, qal li jrid aktar garanziji mill-ogħla awtoritajiet tal-klabb li mhux qed imexxu kif suppost.

“Nhar it-Tnejn la jispiċċa l-kampjonat se mmur għall-vaganzi. Nixtieq nibqa’ iżda nemmen li l-plejers ta’ Roma jixirqilhom aħjar. Se naħdem biex il-plejers jieħdu dak li ħaqqhom.”

“Iddejjaqt inkun mhux biss il-kowċ iżda l-uffiċjal għall-komunikazzjoni tal-klabb. Il-president irid idaħħal idejh fil-but u jinvesti iktar.”

Żgur li fil-jiem li ġejjin se jkun hemm laqgħa bejn Mourinho u t-tmexxija tal-klabb Giallorosso.

Sport