Tuesday, April 30, 2024

Harry Kane jsir l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-Ingilterra

Aqra wkoll

Harry Kane fisser li sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-Ingilterra b’54 goal bħala “mument maġiku” li għalih “ifisser kollox”.

L-attakkant ta’ Tottenham skorja penalty fl-ewwel taqsima hekk kif it-team ta’ Gareth Southgate rebaħ fl-Italja għall-ewwel darba mill-1961.

Il-goal ta’ Kane fisser li huwa qabeż lil Wayne Rooney fil-klassifika tal-aqwa skorers ta’ kull żmien tal-Ingilterra.

“Ifisser kollox,” qal il-player ta’ 29 sena.

“Kont eċċitat ħafna li lbist il-flokk tal-Ingilterra u erġajt ġejt hawn u bdejt il-kampanja għall-Euros tas-sena d-dieħla. Kellu tkun penalty u ladarba sibt ix-xibka, kienet emozzjoni enormi. Mument maġiku.”

L-eks attakkant ta’ Manchester United, Rooney, li kien ilu jżomm ir-rekord mill-2015, kien wieħed mill-ewwel li feraħ lil Kane.

Fuq Twitter huwa kiteb: “Prosit lil Harry Kane talli sar l-aqwa skorer tal-Ingilterra ta’ kull żmien.

Kane issa huwa l-iskorer rekord kemm għall-Ingilterra kif ukoll għat-team tal-club tiegħu, Tottenham.

Huwa kiseb ir-rekord għat-Three Lions b’rata sensazzjonali, bl-54 goals tiegħu jaslu f’81 dehra biss.

Issa Kane qed jillidja grupp ta’ sitt players Ingliżi li skorjaw aktar minn 40 goal internazzjonali. Minn dawn, Jimmy Greaves biss skorja tiegħu b’rata aktar mgħaġġla – wieħed kull 1.3 logħba, meta mqabbel ma’ 1.5 ta’ Kane.

Sir Bobby Charlton, b’49 goal, żamm ir-rekord għal 45 sena sakemm tmien snin ilu ġie ssuperat minn Rooney.

Ir-rekord ta’ Kane jinkludi sitta fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fl-2018, li jagħmlu biss it-tielet player Ingliż li rebaħ iż-Żarbun tad-Deheb f’tournament maġġuri, flimkien ma’ Gary Lineker fit-Tazza tad-Dinja tal-1986 u Alan Shearer fil-Kampjonat Ewropew fl-1996.

Huwa kiser ukoll numru ta’ rekords oħra tal-Ingilterra, fosthom li skorja 16-il goal għal pajjiżu f’sena kalendarja fl-2021.

L-iskorers tal-Ingilterra li qabżu l-40 goal huma:

Harry Kane 54 goal f’81 logħba; Wayne Rooney 53 f’120; Bobby Charlton 49 f’106; Gary Lineker 48 fi 80; Jimmy Greaves 44 f’57; u Michael Owen 40 f’89.

Sport