Thursday, May 16, 2024

L-Italja tikser bosta rekords negattivi kontra l-Ingilterra

Aqra wkoll

L-Italja kisret bosta rekords negattivi f’Napli, peress li ilhom ma jitilfu l-ewwel partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew mill-1974 u kienu tilfu kontra l-Ingilterra f’logħbiet kompetittivi darba biss.

L-Azzurri ġew megħluba 2-1 fi Stadio Diego Armando Maradona fil-ftuħ tal-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024.

It-Taljani ma kienu tilfu l-ebda partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Euros mit-telfa ta’ 3-1 kontra Franza fl-2006 u l-aħħar telfa tagħhom f’darhom f’dan it-tournament kienet dik ta’ 3-2 kontra d-Danimarka fl-1999.

B’mod kurjuż, dik it-telfa kontra d-Danimarka ntlagħbet ukoll f’Napli, għalkemm dak iż-żmien kien jissejjaħ Stadio San Paolo.

L-aħħar darba li huma tilfu l-partita tal-ftuħ fil-kampanja ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kienet dik ta’ 3-1 kontra l-Olanda fl-1974.

Huma kienu tilfu kontra l-Ingilterra darba biss qabel fil-football kompetittiv, fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2-0 f’Novembru 1977, flimkien ma’ żewġ draws u tmien telfiet.

L-Ingilterra kienet ilha ma tirbaħ fuq art Taljana mill-24 ta’ Mejju, 1961 meta f’partita ta’ ħbiberija rebħu 3-2.

Sport