Sunday, December 22, 2024

Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali u Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija avżat li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali u Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali li se jsiru nhar is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, 2024. Min japplika jrid ikun lest li jattendi għal sessjoni ta’ taħriġ mill-Kummissjoni Elettorali.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu online (electoral.gov.mt/applynow) min-nhar it-Tnejn, 12 ta’ Frar 2024 mit-8.00 a.m. sas-Sibt, 9 ta’ Marzu 2024 sas-1.00 p.m.

Min jixtieq jissottometti applikazzjoni bl-idejn, jista’ jmur fl-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, min-nhar it-Tnejn, 12 ta’ Frar 2024 sas-Sibt, 9 ta’ Marzu 2024, bejn it-8.00am sas-1.00pm, u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m., mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u s-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.. F’dan il-każ, l-applikanti jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità.

Minħabba li l-aċċess lejn l-Uffiċċju Elettorali, fin-Naxxar huwa bħalissa ristrett minħabba xogħol infrastrutturali fil-viċinanzi, huwa rakkomandat illi wieħed jasal l-Uffiċċju Elettorali minn Triq il-Markiż Giuseppe Scicluna, fuq in-naħa tax-xellug tal-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, u jipproċedi fuq ix-xellug meta jasal fi Pjazza Ċelsi.

Ekonomija

Sport