Tuesday, April 30, 2024

Hector Bellerin fil-mira ta’ Arsenal

Aqra wkoll

Barcelona identifikaw lid-difensur ta’ Arsenal, Hector Bellerin bħala mira ta’ trasferiment.

Ronald Koeman qed ifittex difensur ġdid lemini, b’Emerson viċin li jingħaqad ma’ Tottenham Hotspur.

Sergi Roberto bħalissa qed jiġi utilizzat f’nofs il-ground, li jfisser li Oscar Mingueza ta’ 22 sena u Sergino Dest ta’ 20 sena huma l-uniċi għażliet oħra tal-coach Olandiż fuq in-naħa tal-lemin tad-difiża.

Bellerin jista’ jkun il-player li jimla dan il-vojt, bl-Ispanjol ħerqan li jitlaq lil Arsenal qabel it-tmiem tat-tieqa tat-trasferiment.

Bellerin beda minn fuq il-bank għall-ewwel logħba tal-Premier League tal-Gunners kontra Brentford, iżda lanqas biss ġie inkluż fl-iskwadra fl-aħħar żewġ logħbiet tagħhom.

Il-player ta’ 26 sena kien fl-akkademja ta’ Barcelona mill-età ta’ tmien snin sakemm ingħaqad ma’ Arsenal ta’ 16-il sena, fejn għamel 239 dehra għall-club mit-tramuntana ta’ Londra.

Sport