Sunday, January 12, 2025

Hemm bżonn li l-Gvern ikun iffukat biex iwettaq il-ħidma li wiegħed- l-eks Prim Ministru Joseph Muscat 

Aqra wkoll

Wieħed bilfors irid jitlaq mill-bażi li wiret Robert Abela.  Elettoralment, ekonomikament u soċjalment.  Ma nħossx li ghandi nkun jien li nagħti ġudizzju dwar dan u nħalli dan għal ħaddieħor.

Il-Covid ikkaratterizzat l-ewwel parti tat-tmexxija tiegħu.  Kulħadd jirrikonoxxi li l-Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela ħa deċiżjonijiet tajbin li permezz tagħhom il-familji u negozji ta’ pajjiżna setgħu jibqgħu ħajjin minkejja li d-dinja waqfet.  Il-poplu ppremja lill-Partit Laburista mmexxi minnu b’fiduċja ġdida fis-sena 2022.

L-isfida l-kbira li għandu quddiemu l-Gvern hi li jwettaq il-ħafna li wiegħed.  Hemm bżonn li l-Gvern ikun iffukat biex jagħmel dan u ma jħallix il-logħba ta’ nies qrib l-Oppożizzjoni (li qed tirnexxi) li tiġġammja l-proċess ta’ deċiżjonijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport