Friday, May 3, 2024

Hibernians jergħu jitilgħu fl-ewwel pożizzjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Sliema Wanderers ….0

Hibernains ……………..3

Hibernians għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 3-0 biex filwaqt li huma reġgħu telgħu fil-quċċata tal-klassifika, il-Wanderers baqgħu ankrati fil-qiegħ.

Għall-Pawlisti mpressjonaw Jurgen Degabriele li kien strumetali għalihom hekk kif skorja żewġ goals kif ukoll Wilfried Domoraud li rnexxielu wkoll isib ix-xibka għalihom.

Il-Pawlisti dehru ferm organizzati u tattikament iddixxiplinati f’kull żona tal-ground fejn b’kuntrast għal dan, il-Wanderers dehru traskurati speċjalment fid-difiża.

Kienu Hibernians li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss tliet minuti,  Jake Grech kellu xutt mill-isbaħ imblukkat mid-difiża avversarja bil-ballun jintemm għand Andrei Agius li kellu l-cross-shot ferm erratiku li ntemm barra.

Huma komplew jipproduċu l-aħjar logħob u ma kienet l-ebda sorpriża li fl-34 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ free-kick tal-istampi ta’ JUR­GEN DEGABRIELE li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Wanderers, Timmy Aquilina, isalva bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians komplew jiddominaw u fis-57 minuta irduppjaw meta Domoraud xeħet cross fil-baxx li sab lil JURGEN  DEGABRIELE pront li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa għal doppjetta personali.

Erba’ minuti wara l-Pawlisti ssiġillaw ir-rebħa permezz ta’ xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa ta’ WILFRIED DOMORAUD

Fis-67 minuta Hibernians qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Ferdinando Apap wara li rċieva żewġ karti sofor.

Hibernians komplew jam­ministraw il-vantaġġ sa tmiem il-partita bil-Wanderers jippruvaw joħolqu xi tip ta’ periklu iżda kull meta ppruvaw jinfiltraw lill-avversarji, sabu quddiemhom difiiża ferm kumpatta u organizzata li annullat għal kollox l-attakki tagħhom.

SLIEMA W.: 1-Timmy Aquilina, 3-Pablo Morales, 5-Kurt Shaw, 6-Gabriel Aqulina, 11-Miguel Fernandes (72-Raphael Kooh Sona 59), 17-Hassan Warsama (10-Inters Gui 68), 21-Danny Holla (8-Mark Scerri 68), 61-Myles Beerman (9-Omar Elouni 76), 71-Julius Bliek, 88-Dejan Vukovic, 99-Valmir Berisha   – Coach: Andrea Pisanu

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 8-Jake Grech (23-Christopher Uzeh 79), 10-Jurgen Degabriele (5-Matthew Ellul 71), 11-Bjorn Kristensen, 12-Dunstan Vella (7-Ayrton Attard 91), 18-Thaylor Aldama (13-Zachary Grech 91), 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Artiles, 88-Wilfried Domoraud (14-Brite Ihuomah 91)   – Coach: Stefano Sanderra

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Paul Apap

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: J. Degabriele 34, 57, W. Domoraud 61 (H)

AMMONITI: J. Grech, F. Apap, W. Domoraud (H)

TKEĊĊA: F. Apap 67 (H)

Sport