Hibernians assiguraw is-servizzi tal-attakkant internazzjonali Rwandiż ta’ 32 sena, Joy-Slayd Mickels.
Mickels, li twieled fil-Ġermanja u għandu wkoll passaport Ġermaniż, lagħab ma’ VSF Amern u Borussia Monchengladbach fil-Ġermanja, FC Aarau fl-Iżvizzera u Strommen fin-Norveġja qabel ma rritorna l-Ġermanja fejn lagħab ma’ Alemmania Aachen, SV Rodinghausen, Wegberg Beeck, Germania Hilfarth, Ay-Yildizspor u SF Uevekoven. Matul is-sajf li għadda huwa mar jilgħab l-Azerbaigan ma’ Karvan.
Il-Pawlisti qabel kienu ħatru lil Tuğberk Tanrıvermiş bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom u ffirmaw lil Joseph Mbong, Nathan Agius, Leandro Lacunza, Fabian Jankovic, Boris Druga, Jamie Wahling, Ryder Matos, Olivier N’Zi, Moritz Römling u l-goalkeepers Matteo Cardinali u Pablo Sanchez.




