Hibernians ……….0
Floriana ……………0
Minkejja li Floriana lagħbu l-aqwa partita tagħhom s’issa fil-kampjonat, huma ġew imċaħħda minn rebħa kontra Hibernians meta skorjaw goal leġittimu li ġie senjalat għal offside ineżistenti mill-assistent referee … biex kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ mingħajr goals.
Iż-żewġ timijiet kellhom żewġ bidliet mill-aħħar ħarġa tagħhom hekk kif Timothy Tabone Desira u Leandro Almeida ħadu post Matthew Ellul u Thaylor Aldama għal Hibernians waqt li Kristian Keqi u Jan Busuttil bdew minflok Augusto Caseres u Brandon Paiber għal Floriana.
Kienu Floriana li ħarġu l-aħjar u marru qrib fil-11-il minuta meta Keqi rċieva ballun fil-kaxxa u wara li kkontrolla tefa’ ftit barra.
Fl-20 minuta, Busuttil kien sfortunat li ma tefax lil Floriana minn fuq hekk kif irċieva pass ta’ Camenzuli bil-konklużjoni tiegħu telgħeb lil Kone iżda laqtet sieq il-lasta. Żewġ minuti wara, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Camenzuli ġie mdawwar f’corner minn Kone.
Il-Furjaniżi komplew jippersistu u fid-29 minuta, Camenzuli fetaħ tajjeb fuq Ciolacu iżda l-konklużjoni ta’ dan ta’ l-aħħar falliet il-mira bi ftit. Fit-38 minuta, corner ta’ Busuttil ħoloq konfużjoni fil-kaxxa iżda l-periklu ġie kklerjat.
It-tieni taqsima fetħet fuq nota ferm aktar kwieta u fit-63 minuta Jake Grech xeħet cross insidjuż iżda Jurgen Degabriele naqas milli jikkonkludi minn pożizzjoni ideali għal Hibernians.
Fit-80 minuta, Arias għadda ballun tajjeb lejn is-sostitut Daniel Agius iżda t-tentattiv tiegħu minn barra l-kaxxa għadda ftit għoli.
Tliet minuti wara waslet l-azzjoni tal-goal ta’ Floriana meta Kristian Keqi, li kien f’pożizzjoni leġittima, irċieva l-ballun u minn pożizzjoni angolata xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.
Madankollu, l-assistent referee għolla l-bandiera għal offside ineżistenti … peró kulħadd huwa uman u suġġett għall-iżbalji ….
HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 2-Timothy Tabone Desira (13-Zachary Grech 46), 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele (18-Thaylor Aldama 82’), 11-Bjorn Kristensen, 12-Dunstan Vella, 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Izquier Artiles, 88-Wilfried Domoraud – Coach: Stefano Sanderra
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 4-Oualid El Hasni (28-Emiliano Callegari 89), 5-Zachary Cassar, 9-Kristian Keqi (22-Brandon Paiber 88), 10-Ulises Jose Arias, 11-Andrei Ciolacu (29-Eugeniu Rebenja 88), 20-Matias Nicolas Garcia, 30-Jan Busuttil (96-Daniel Agius 78), 94-Ryan Camenzuli – Coach: Gianluca Atzori
REFEREE: Alex Johnson
ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Paul Apap
RABA’ UFF: Stefan Pace
AMMONITI: C. Rutjens, U. Arias, M. Garcia (F); W. Domoraud, F. Apap, B. Kristensen (H)