Floriana Young Stars saħħew l-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lit-tim tal-qiegħ White Hart bl-iskor ta’ 6-1.
B’hekk il-Furjaniżi fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fuq l-eqreb rivali GREE Żurrieq Wolves Hotsicks u fl-istess waqt ippreparaw għall-finali tas-Super Cup kontra Qormi Daikin.
Il-Greens xejn ma sabuha faċli fl-ewwel żewġ quarters minħabba li d-difiża ta’ White Hart żammet sod għalkemm l-aħħar żewġ quarters feġġet xi ftit l-għejja u ta’ dan approfittaw l-avversarji tagħhom.
Anton Saliba iċċelebra bl-aqwa mod għeluq sninu meta skorja erba’ gowls filwaqt li Justin Farrugia u Ali Rizwan żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
L-uniku gowl ta’ White Hart ġie skorjat minn Divi Zwier.
Umpires kienu Keith Calleja u John Williams.
Qormi Daikin qabżu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Hockey 7s meta għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 4-1.
Ayrton Falzon skorja tripletta filwaqt li Nathan Pace Gasan ukoll niżżel ismu fost l-iskorers.
Iż-Żrieraq skorjaw l-uniku gowl tagħhom permezz ta’ Nicholas Runza.
Umpires kienu Glen Bonello u Karl Chircop.
Mill-kampjonat ta’ taħt is-16 -il sena Marsaskala Summer Nights A rebħu bl-iskor kbir ta’ 11-0 lil Floriana Young Stars filwaqt li fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena, Marsaskala Summer B għelbu lil De La Salle Floriana 6-0.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY
Floriana Young Stars 12, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 8, Qormi Daikin 6, White Hart 2
KLASSIFIKA – HOCKEY 7s