Thursday, April 18, 2024

Hockey: L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey torganizza festival tal-Under 12

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey organizzat festival tal-hockey għat-tfal taħt it-12-il sena. Madwar 50 tifel u tifla ħadu sehem f’dan l-avveniment fejn komplew iżidu aktar il-ħiliet tagħhom f’dan l-isport.

Klabbs minn GREE Sliema Hotsticks, Qormi Daikin, White Hart u Marsaskala Heat ħadu sehem f’turnament.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-president ta’ din l-assoċjazzjoni Gordon Mifsud irringrazzja lill-klabbs li tant irawwmu t-tfal b’dedikazzjoni u impenn u sostna li l-futur tal-hockey f’Malta se jkun wieħed sabiħ.

Ekonomija

Sport