Wednesday, March 27, 2024

Hockey: Trust Payments Floriana Young Stars iħallu għall-aħħar sabiex jirbħu lil White Hart

Aqra wkoll

Trust Payments Floriana Young Stars xejn ma sabuha faċli sabiex jiksbu l-punti massimi mill-konfront li kellhom kontra t-tim tal-qiegħ White Hart għalkemm xorta rebħu bl-iskor ta’ 3-1.

Floriana bdew jiddettaw ħafna mil-logħba b’White Hart li bdew jiddefendu tajjeb filwaqt li jtellgħu diversi kontrattakki.

Sa tmiem it-tielet quarter l-iskor kien għadu 1-1 sabiex kien biss fl-aħħar quarter li ġiet deċiża din il-partita.

Kien Mark Camilleri li skorja minn penalty corner għall-Greens sabiex David Agius ġab l-iskor indaqs minn penalty corner ieħor.

Wara li fiż-żewġ quarters ta’ wara ma ġie reġistrat l-ebda gowl, il-qofol tal-logħba laħqet fir-raba’ quarter meta Floriana skorjaw iż-żewġ gowls li tawhom ir-rebħa l-ewwel permezz ta’ Clive Williams u aktar tard Deemer Rapinett.

White Hart: Paola Calleja, David Agius, Elton Lee Farrugia, Kevin Micallef, Simon Kemp, Oscar Toledano, Ali Shah, Matthew Buhagiar, Matthew Camenzuli, Rick Micallef, Stephen Micallef, Keith Azzopardi, Karl Brincau, Shawn Falzon, Peter Medawar.

Trust Payments Floriana Young Stars: Marvin Grixti, Mark Camilleri, Jean Paul Sapiano, Nicholai Sapiano, Clive Williams, Karl Chircop, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Andrew Camilleri, Luke Borg Costanzi, Elton Cutajar, Julian Farrugia, Deemer Rapinett, Nathan Zammit, Verner Cachia, Anton Saliba, Luke Borg Costanzi.

Umpires: Shawn Mifsud, Alessandro Amore.

Mill-hockey 9s, GREE Sliema Hotsticks u Qormi Daikin spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Kienet logħba ferm bilanċjata bl-iskor finali jixhed dan kollu.

Shawn Dimech u Ayrton Falzon skorjaw il-gowls ta’ Qormi filwaqt li Sliema rrispondew b’doppjetta ta’ Alessandro Amore.

Finalment mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 8-2.

Marsaskala kellhom lil Alessandro Piscopo, Cayleb Caruana u Kyron Carabott awturi ta’ doppjetta kull wieħed filwaqt li Jack Cassar u Yan Camilleri wkoll sabu x-xibka għat-tim tagħhom.

Nathan Borg u Vladislav Chakarov naqqsu l-marġni tal-iskor għas-Slimiżi.

Ekonomija

Sport