Wednesday, July 24, 2024

Houthi jheddu lill-Istati Uniti u r-Renju Unit għall-attakki fuq il-Jemen

Aqra wkoll

Wara li l-Istati Uniti u r-Renju Unit bdewl-attakki tagħhom mill-ajru u mill-baħar kontra miri militari fil-Jemen, l-organizzazzjoni militanti Houthi wissiet li ż-żewġ pajjiżi li se jkunu qegħdin iħallsu prezz għoli għall-attakki tagħhom.

Il-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ Houthi, Hussein Al-Ezzi qal li pajjżhom kien suġġett għal attakk agressiv minn bastimenti, sottomarini u ajruplani tal-gwerra Amerikani u Brittaniċi.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden qal li se jkun qiegħed jordna militari biss jekk ikun meħtieġ. F’kumment li ta lill-midja internazzjonali, Biden qal li dawn l-attakki mmirati huma messaġġ ċar li l-Istati Uniti u l-imsieħba tal-pajjiż mhumiex se jittolleraw aktar attakki mill-Houthi fuq bastimenti li jkunu qed ibaħħru fil-Baħar l-Aħmar.  

Ekonomija

Sport