Wednesday, November 6, 2024

Il-Fondazzjoni tniedi r-Rapport Annwali 2022

Nieħdu l-opportunità biex nirringrazzjaw lit-tim kollu u lill-partijiet interessati għall-ħidma kostanti u għas-sapport bżonnjuż tagħhom

Aqra wkoll

Minn Kayne Said, Maniġer għal Komunikazzjoni – Fondazzjoni Logħob Responsabbli – [email protected]

Bħal kull sena, kien ta’ pjaċir għalija nipprepara rapport annwali li juri biċ-ċar id-determinazzjoni tal-Fondazzjoni li tkun dejjem aktar sinjifikanti u ta’ valur fejn jirrigwardjaw il-prattiċi tal-logħob tal-azzard u l-logħob virtwali. B’hekk titpoġġa lenti ċara kemm fuq il-pożittiv u speċjalment fuq ir-riperkussjonijiet negattivi marbutin mal-vizzju.

Dan ir-Rapport Annwali jixhed kif kompliet tissaħħaħ il-ħidma tal-Fondazzjoni fejn jirrigwardja l-għarfien u s-servizzi ta’ sapport lejn dawk li sfortunatament jaqgħu fix-xibka tal-logħob eċċessiv.

Minbarra li, kif inhi prassi, jagħti ħarsa lejn is-sena b’lenti finanzjarja, ir-Rapport janalizza wkoll ftehim importanti edukattiv u soċjali li sar mas-Sedqa, il-Kampanja ta’ Għarfien TAKE ACTION, l-għarfien medjatiku u n-numri kollha marbutin mas-servizzi ta’ sapport li toffri l-Fondazzjoni, fost oħrajn!

Ir-Rapport jista’ jitniżżel mis-sit www.rgf.org.mt.

Sport