Saturday, May 18, 2024

Kunċert mill-l-Orkestra tal-Università ta’ Malta f’Ta’ Sannat

Aqra wkoll

Għada t-Tnejn, il-Kunsill Lokali Ta’ Sannat b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Fondazzjoni Kulturali JP2 se jkun qiegħed jospita kunċert mill-Orkestra tal-Università ta’ Malta Ġ.F. Abela Junior College taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro. Emanuel Pirotta.

Il-Kunċert se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat, u jibda fis-7.00pm.

Il-Kunsilli Lokali ta’ Għajnsielem u San Lawrenz qed jappoġġjaw dan l-avveniment. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.

Il-Fondazzjoni Kulturali JP2 torganizza kemm-il attività biex minbarra li tfakkar lil San Ġwanni Pawlu II tkabbar il-kultura f’pajjiżna.

Sport