Monday, May 13, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara waqgħa f’Birkirkara

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas- 7:30 a.m , il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq G.F. Agius De Soldanis, Birkirkara minħabba
li kien hemm persuna li sofriet xi ġrieħi wara waqgħa.

Minn stħarriġ preliminari li sar, mara mill-Maċedonja li għandha 26 sena u residenti San Pawl il-Baħar waqgħet għoli ta’ madwar erba’ sulari f’xaft.

Fuq il-post intalbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Il-vittma ttieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi
gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport