Tuesday, April 30, 2024

Lionel Messi jilħaq ftehim ma’ Al-Hilal b’kuntratt ta’ £522 miljun

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Arġentin ta’ Paris St-Germain, Lionel Messi, laħaq ftehim sensazzjonali biex fl-istaġun li ġej imur jilgħab fl-Arabja Sawdija. 

Messi, li bħalissa huwa meqjus bħala l-aqwa player fid-dinja, mistenni jiffirma kuntratt massiv ma’ Al-Hilal li jiswa £522 miljun. 

Bla dubju, dan it-trasferiment se jerġa’ jqajjem ir-rivalità tiegħu ma’ Cristiano Ronaldo, li jilgħab mar-rivali ta’ Al-Hilal Al-Nassr fl-istat tal-Golf.

Skond rapporti, il-player ta’ 35 sena, laħaq ftehim it-Tlieta fil-għodu u mistenni li jingħaqad mal-club wara l-btajjel tas-sajf hekk kif itemm il-kuntratt tiegħu ma’ Paris SG.

Sport