Thursday, December 26, 2024

Ħu l-Prinċipessa Diana jallega li kien ġie abbużat meta kien għadu l-iskola

Aqra wkoll

Earl Spencer, ħu l-Prinċipessa Diana allega li meta kien għadu tifel jattendi l-iskola kien ġie abbużat sesswalment.

F’artiklu li ġie ppubblikat fuq ġurnal Ingliż ġie rrapportat li Earl qal li hu kien vittma ta’ abbuż sesswali minn membru tal-istaff mara meta kien jattendi Maidwell Hall fis-snin 70.
Illum għandu li 59 sena, Earl qal li jiftakar tajjeb ħafna dak li kien għaddej minnu meta kellu biss 11-il sena.

L-iskola inkwistjoni fi stqarrija qalet li ħadet nota ta’ dak kollu li allega Earl u għaddiet il-każ lill-awtoritajiet konċernati biex ikunu jistgħu jinvestigaw. Qalu li huma se jkunu qegħdin jikkoperaw ma’ kull investigazzjoni li tista’ ssir.

Earl jgħid li din il-membru tal-istaff kienet “pedofela” u kienet tmissu b’mod sesswali kemm lilu u anke subien oħrajn waqt li kienu jkunu fis-sodda fid-dormitorju.

Mistoqsi dwar x’sar minnha din l-impjegata, Earl qal li jew telqet ‘il barra mill-pajjiż jew inkella mietet.

Allegazzjoni oħra li għamel Earl fuq l-iskola li kien jattendi kienet dwar is-surmat fejn qal li kien isawwat waħda mill-għalliema. Hu jkompli jgħid li “l-għalliema kien ikollha pjaċir sesswali meta kien juża l-vjolenza fuqha.”

Ekonomija

Sport