Friday, May 17, 2024

I Am What I Am id-diska l-ġdida ta’ Emma Muscat għall-Eurovision

Aqra wkoll

“F’Mejju li ġej, f’Turin, se nkun qiegħda nirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta I Am What I Am.” Ħabbret dan il-kantanta Maltija Emma Muscat waqt il-programm TVAM aktar kmieni dalgħodu fejn ikkonfemat li se tkun qiegħda tikkontesta bid-diska l-ġdida tagħha. 

Muscat kienet rebħet il-Malta Eurovision Song Contest bid-diska “Out of Sight” iżda wara diskussjonijiet li saru u anke wara li semgħu x’kellu xi jgħid il-pubbliku, inħass il-bżonn li tinbidel id-diska.

“B’hekk bdejna l-proċess għall-kanzunetta l-ġdida fejn “Out of Sight” ġiet iġġudikata minn kull aspett,” qalet Muscat li rrimarkat kif wara ġimgħa ta’ ħidma kien deċiż li l-aqwa kanzunetta kellha tkun “I Am What I Am”.

YouTube video

Sport