Saturday, May 4, 2024

Tisħiħ fir-relazzjoni bejn is-setturi tax-xogħol u volontarju

Aqra wkoll

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) u l-Assoċċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) iffirmaw Memorandum of Understanding bil-għan li jgħin fit-tisħiħ tal-valur tar-relazzjoni bejn is-setturi tax-xogħol u dak volontarju. 

Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Jesmond Saliba rrimarka li dan l-MOU għandu l-għan li fil-kuntest tal-Konvenzjoni Nazzjonali VO Plus li qed ġġib flimkien għadd ta’ stakeholders li b’xi mod jaħdmu u jmissu mas-settur voluntarju, tindirizza aspetti kollaborattivi. Huwa spjega li permezz ta’ dan l-MoU se jkun qed li permezz tiegħu jingħata valur minn min iħaddem biex jiġu rikonoxxuti l-ħiliet li jtik il-volontarjat u li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju fuq il-post tax-xogħol. 

Fil-fatt uħud mill-punti li wasslu għal dan il-ftehim huwa li min iħaddem jivvalorizza u u jirrikonoxxi esperjenzi volontarji li ħaddiema prospettivi jniżżlu fis-CV tagħhom, diskussjoni dwar (a) l-introduzzjoni ta’ forom u possibiltajiet modi li permezz tagħhom il-ħaddiema jkunu jstgħu wkoll jipparteċipaw b’mod attiv fil-volontarjat u (b) kif ikunu ġġenerati ideat potenzjali biex isaħħu r-relazzjoni bejn is-settur tax-xogħol u dak volontarju.

 

Il-Kummissarju rrimarka kif is-settur volontarju m’huwiex biss wieħed mill-pilastri ewlenin fil-qasam soċjali ta’ pajjiżna. Żied jgħid li s-settur volontarju jagħti kontribut lill-ekonomija Maltija, u huwa għalhekk li “jagħmel pilastru soċjo-ekonomiku importanti ħafna fil-formulazzjoni ta’ Malta.” Saliba qal kif dan jurina kif l-ebda settur ma huwa individwali, għall-kuntrarju kull settur għandu jikkumplimenta u jaħdem ma’ setturi oħrajn. “Permezz ta’ dan l-

iffirmar se naraw kif is-settur volontarju u s-settur tax-xogħol jistgħu jaħdmu u jikkumplimentaw lil xulxin.” 

Fl-intervent tagħha, il-Kap tal-Programmes and Policy Implementation Unit fi ħdan l-OCVO, Dr Raiza Borg Carr enfasizzat kif is-settur volontarju mhuwiex is-settur tad-dilettanti iżda ta’ nies b’passjoni fejn amministraturi ta’ għaqdiet volontarji qedgħin joffru servizzi ta’ livell għoli bħal dawk mogħtija mill-privat. Dr Borg Carr kompliet tgħid li “tajjeb wieħed jiċċara kif is-settur volontarju u setturi oħra bħal dak tal-xogħol jista’ jkunu qegħdin jippromwovu l-istess interessi kif ukoll joffru l-istess servizzi fil-komunitá u liċ-ċittadini.” Kompliet tgħid ukoll kif hemm vantaġġi kbar jekk setturi differenti jirrikonoxxu d-differenzi ta’ bejniethom, jirrispettawhom u fl-istess waqt jibnu fuq ix-xebħ ta’ bejniethom. 

Fl-istess konferenza stampa, is-Sur Joseph Farrugia, Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-MEA esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-iffirmar ta’ dan l-MoU mal-OCVO – l-ewwel tax-xorta tiegħu. Kunfidenti, li l-ftehim ser ikompli jistimola aktar kollaborazzjoni bejn is-settur tax-xogħol u dak volontarju huwa rringrazzja lill Kumissarju tal-fiduċja tiegħu fl-MEA biex tixpruna dan l-għan nobbli. 

Minn naħa tagħha Joanne Bondin, il-President tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Ihaddem, qalet li dak li qed jiġri llum, ma hijiex attivitá iżolata marbuta mal-prinċipji ta’ ESG (Environment, Social, Governance) li tħaddan l-Assoċjazzjoni. Hija enfasizzat l-impenn tal-Assocjazzjoni f’dan ir-rigward, kif ukoll fuq bażi aktar wiesgħa tant li f’Ġunju tas-sena l-oħra, l-MEA organizzat Konferenza Nazzjonali bit-titolu “Balancing Sustainable Economic Growth with Quality of Life”. Konferenza li poġġiet fuq l-agenda tal-pajjiż il-kwistjoni ta’ kemm hi importanti l-kwalitá tal-ħajja sabiex ikollna soċjetá b’saħħitha 

Sport