Tuesday, May 14, 2024

Zelensky jitlob laqgħa ma’ Putin bil-għan li jintemmu l-attakki fuq l-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky talab lill-President Russu Vladimir Putin sabiex jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ ħalli jilħqu ftehim biex jintemmu l-attakki fuq l-Ukrajna. S’issa, l-Kremlin injorat it-talba ta’ Zelensky. 

Minkejja li l-Ukrajna tixtieq tilħaq ftehim mar-Russja, hija għamlitha ċara li dan ma jfissirx li hi se tkun qed iċċedi. Ir-Russja ftit tal-ġranet ilu kienet talbet lill-Ukrajna sabiex twaqqaf kull tip ta’ azzjoni militari u biex temenda l-kostituzzjoni fejn twiegħed li l-Ukrajna se tibqa’ pajjiż newtrali, u allura dan ikun ifisser li ma tistax tingħaqad mal-Unjoni Ewropea jew man-NATO. Barra minn hekk, Putin qal li jrid illi l-Krimea tkun meqjusa bħala parti mit-territorju Russu u li r-reġjuni ta’ Donetsk u Lugansk isiru territorji indipendenti.

Skont Mykhailo Podolyak, negozjatur u konsulent presidenzjali Ukren sostna li dak li qed jitolbu l-Ukreni huwa li tispiċċa l-gwerra u li jitilqu l-forzi Russi minn pajjiżhom. Huwa jemmen li “Aħna l-Ukreni se jirnexxilna niksbu r-riżultati f’temp ta’ ftit jiem”. Barra minn hekk huwa żied jgħid li r-Russja “Mhix tagħtina ultimatum, imma qed tisma’ u tgħarbel il-proposti tagħna”. F’dan ir-rigward, Leonid Slutsky — wieħed mill-membri tat-tim tan-negozjar Russu —  stqarr li huma qed jaraw progress sinjifikanti f’dawn in-negozjati. Min-naħa l-oħra, id-Deputat Segretarja Amerikana għall-Istat, Wendy Sherman temmen li r-Russja ma tantx qed turi entużjażmu f’dawn in-negozjati. 

Sport