Iben l-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi se jkun qed ikompli l-karriera tiegħu fl-Istati Uniti. Fil-fatt, Francesco ingħaqad ma’ Florida International University ta’ Miami sabiex jikseb l-ewwel esperjenza tiegħu barra l-pajjiż.
Renzi kien ferm kuntent b’din l-aħbar u qal li se jagħmel minn kollox biex ikompli l-karriera tiegħu hemm.
Is-sena l-oħra, Francesco kien qed jilgħab fis-serie D ma’ Prato għalkemm kellu wkoll esperjenza ma’ timijiet oħra mir-reġjun tat-Toscana fosthom Pistoiese u Poggibonsi.