Friday, April 19, 2024

“Ibni se jkun l-anġlu kustodju ta’ binti” – Omm Bradley Lowery

Aqra wkoll

Bradley Lowery, fl-2017, seraq il-qlub mhux biss tar-Renju Unit iżda tad-dinja kollha. Ta’ 18-il xahar, Braldey kien dijanjostikat b’neuroblastoma, tip ta’ kanċer rari fit-tfal u fit-trabi. Wara ġlieda twila, Bradley tilef il-battalja u ħalla warajh miljuni ta’ nies imbikkma.

Bradley kien sapporter kbir ta’ Sunderland, tant li kien ħareġ bħala mascot f’waħda mil-logħbiet tagħhom fl-istadium ‘Stadium of Light’. Fil-fatt minn dik il-ġurnata ‘il quddiem Bradley bena relazzjoni kbira ma’ Jermain Defoe, dak iż-żmien l-attakant ta’ Sunderland.

Wara dan id-dlam u n-niket kollu, ilbieraħ, il-ġenituri ta’ Bradley, Gemma and Carl Lowery, ħabbru li kellhom tarbija u semmewha Gracie-Mae. Gemma, omm Braldey qalet li binha se jkun l-anġlu kustodju ta’ Gracie-Mae.

Sport