Monday, April 29, 2024

Iċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat se jingħalaq għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Aqra wkoll

Mit-Tnejn 22 ta’ April 2024, iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat se jkun magħluq b’mod temporanju għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fl-istess ċentru. Ingħad li s-Servizz ta’ Phlebotomy (Bloodletting) se jkompli jopera minn segrega fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat sa avviż ieħor.

Is-servizzi l-oħra kollha se jiġu trasferiti għal Ċentri tas-Saħħa u Kliniki tal-Komunità oħra. Klijenti li jkollhom appuntament lil hinn mill-21 ta’ April 2024 fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat qed jiġu kkuntattjati individwalment mill-
Telemedicine Client Support Centre u qed jiġu infurmati fejn għandhom imorru għall-appuntament tagħhom.

Pazjenti walk-in jistgħu jmorru jew fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara, iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, jew kwalunkwe Ċentru tas-Saħħa ieħor tal-preferenza tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport