Sunday, May 19, 2024

Iċ-Ċina thedded lil Boris Johnson li qal li tliet miljun persuna mill-Hong Kong tista’ tmur l-Ingilterra

Aqra wkoll

Iċ-Ċina qiegħda thedded li timblokka l-passi tal-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson li offra ċ-ċittadinanza lil kważi tliet miljun persuna mill-Hong Kong, fost il-ġlieda minħabba liġi kontroversjali dwar is-sigurtà ġdida.

L-ambaxxata Ċiniża f’Londra qalet li topponi bil-kbir il-pjan li jagħmilha aktar faċli għan-nies f’Hong Kong biex imorru fir-Renju Unit biex jgħixu u jaħdmu hemm. 

Dan il-pass ittieħed wara dak li Johnson qal li kien ksur ċar u serju tal-impenn taċ-Ċina biex tipproteġi l-ħelsien ta’ dawk li jgħixu f’Hong Kong billi tmexxi ‘l quddiem liġi ġdida kontroversjali dwar is-sigurtà.  

Sport