Thursday, April 18, 2024

Iċ-ċkejken li ffissa fuq is-suldati minn żjara f’Malta se jilbes l-“uniformi” biex isellem lir-Reġina

Aqra wkoll

Edward Almond ta’ tliet snin huwa ċkejken mir-Renju Unit li huwa ffissat fuq l-uniformijiet. Skont rapport fil-midja Ingliża, sa minn età iżgħar, huwa kien żar pajjiżna u baqa’ affaxxinat bis-suldati jimmarċjaw.

Kif jidher fir-ritratti, iċ-ċkejken talab lill-ġenituri tiegħu l-uniformi bħall-gwardji tar-Reġina biex ikun jista’ jsellmilha hu wkoll. 

Il-ġenituri tiegħu spjegaw li għalkemm il-midja fil-pajjiż hija ddominata mill-aħbarijiet relatati mal-mewt tar-Reġina, iċ-ċkejken għadu wisq żgħir biex jifhem il-proċess. Madanakollu biex jippruvaw ifehmuh huma qabblu lir-Reġina ma nanntu li mietet ftit taż-żmien ilu u li hu jqis bħala stilla fis-smewwiet.

Minkejja li għadu daqstant żgħir, iċ-ċkejken kien qiegħed isegwi l-vjaġġ tat-tebut tar-Reġina sa mill-bidu nett, sakemm kien hemm xi problemi tekniċi bil-websajt.

Huwa determinat li t-Tnejn jilbes l-uniformi biex isellem lir-Reġina bħall-bqija tas-suldati li se jkunu qegħdin jiffurmaw parata li tixraq l-ammont ta’ snin li r-Reġina Eliżabetta II għamlet taqdi l-irwol tagħha.

Ekonomija

Sport