Tuesday, December 10, 2024

Id-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla se jkollha 110 sodod

Aqra wkoll

Id-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla li se tkun qiegħda tinbena mill-ġdid se tkuun takkomoda 110 sodod u dan skont kif indikat fit-tender.

Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Paula MIfsud Bonnici.

Il-Ministru Abela ħabbar ukoll li l-operatur għandu jlesti d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla fi 178 ġimgħa minn meta jiġi ffirmat il-kuntratt bħal ma hemm indikat fit-tender.

Kien fis-27 ta’ Frar li għadda meta l-Gvern, permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, ippubblika s-sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol fuq id-dar tal-anzjani f’Bormla, li jinkludi t-twaqqigħ il-bini u t-tmexxija ta’ dar tal-anzjani ġdida f’Bormla.

Fis-sejħa għall-offerti jingħad li l-kuntrattur se jkun responsabbli mit-twaqqigħ tal-istrutturi eżistenti, kif ukoll id-disinn, bini, manutenzjoni u l-immaniġġjar u t-tmexxija tad-dar.

L-għażla se ssir abbażi tal-aqwa proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità tal-offerti. Jingħad ukoll li trid tingħata attenzjoni biex tintlaħaq effiċjenza għolja fl-użu tal-enerġija u l-aspett ambjentali.

Fi stqarrija li kien ħareġ il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qal li “l-għan hu li Bormla u l-Kottonera jkollhom dar tal-anzjani ġdida u tal-ogħla livell, kif jixraq u kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-gvern.”

Ekonomija

Sport