Monday, April 29, 2024

Natalia Galea fil-finali ta’ Miss World nhar is-Sibt li ġej fl-Indja

Aqra wkoll

Mija u 20 tfajla minn madwar id-dinja se jkunu qed jieħdu sehem fil-71 edizzjioni ta’ Miss World 2024 biex waħda minn dawn il-parteċipanti ikunu biċ-ċans li tiġi inkurunata fil-finali. Fosthom hemm rappreżentanta Maltija, Natalia Galea.

Il-preparazjionijiet ta’ Miss World festival bdew fit-18 ta’ Frar li għadda fejn il-kontestanti kollha, fosthom ir-rappreżentanta Maltija ngħaqdu flimkien biex jieħdu sehem f’diversi attivitajiet li jinkludu Sports Challenge, Head to Head Challenge, Talent Challenge, Top model Challenge, Beauty with A Purpose bi proġetti kbar, Multimedia challenge u diversi intervisti li saru ma’ ġurnalisti, fejn Natalia Galea irnexxielha tikkwalifika mat-23 finalist għat-Talent show.

“Il-kontestanti kollha nirrapreżentaw kulturi differenti imma qegħdin magħqudin flimkien u naqsmu dawn l-esperjenzi li nibqgħu nġorru tul ħajjitna kollha.”

Natalia qed tgħaddi dan il-messaġġ b’tama u pożittivitá biex nhar is-Sibt tkun fuq il-palk għas-serata finali fejn l-20 ġurnata li għaddew kienu l-frott ta’ sentejn li ilha tipprepara għalihom. Hija qasmet magħna li huwa ta’ sodisfazzjon kbir li se tkun fil-JIO World Convention Centre ġewwa Mumbai, l-Indja, u qed tispera li tirrealizza ħolma għall-Maltin kollha.

It-titlu ta’ Miss World mhuwiex biss unur għall-isbah mara tad-dinja imma t-tfajla rebbieħa irid ikollha, personalitá, talent u proġetti li jippreżentaw fil-pakkett tagħhom iddedikat għall- Beauty With A Purpose, u dik it-tfajla li jkollha l-aktar proġett tajjeb, awtomatikament tkun fost l-20 finalista.

Iċ-Chairperson Julia Morley ħabbret li 130 pajjiż se jkunu qed ixandru din is-serata fejn 2.2 biljun telespettatur se jkun qed isegwi bħala l-akbar udjenza televiżiva.
Karolina Bielawska Miss World 2021, li hija mudella professionali mill-Polonia se tkun qed tinkuruna r-rebbieħa l-ġdida Miss World 2024, filwaqt li One TV se jkun qed jittrażmetti din is-serata b’mod dirett is-Sibt filgħaxija eżattament fid-9pm minn Mumbai, l-Indja.

L-organizaturi ta’ Miss World Malta li huma liċenzjati minn Miss World, Sue Rossi u Claudia Calleja, jingħaqdu biex jawguraw kull suċċess lil Natalia Galea u jifirħulha bil-quddiem għall- prestazzjoni tagħha.

Sport