Thursday, December 26, 2024

Id-deċiżjoni tal-IVF f’Alabama qed toħloq iktar tensjoni fost diversi koppji

Aqra wkoll

Il-Qorti Suprema tal-Alabama ħadet id-deċiżjoni li l-embrijuni ffriżati huma kkunsidrati bħala tfal. Dan qajjem xokk kbir u l-konfużjoni kbir fil-pajjiż. Sptarijiet ewlenin waqqfu s-servizzi tal-IVF u dan wassal biex bosta ġenituri qajjmu l-ħsieb tagħhom dwar x’se jkun qiegħed jiġri fil-futur. 

Id-dibattitu tal-IVF fl-Amerika ilu jiġi diskuss, saħansitra’ anke mill-oppożizzjoni u minn diversi gruppi Kristjani. Din id-deċiżjoni qanqlet dibattitu dwar l-irwol tat-teknoloġija fit-tfassil tal-liġijiet tal-Istati Uniti.

F’intervista mal-BBC, Margaret Boyce spjegat kif għal dawn l-aħħar għaxar xhur, kienet qegħda tieħu xi mediċini sabiex ikunu ta’ għajnuna għall-fertilità. 

Irrimarkat li l-ewwel appuntament tal-IVF kien biss ftit tal-jiem, il’bogħod minn meta l-imħallfin tal-ogħla qorti f’Alabama ħadu din id-deċiżjoni. 

Ir-raġel tagħha, li għandu  32 sena qal li hu u martu għandhom tifel żgħir iżda malli kienu qed jippruvaw għat-tieni tarbija, kienu qed jesperjenzaw infertilità.

Margret żiedet tgħid; “Il-vjaġġ biex koppja jsiru ġenituri, jaffettwa kemm mentalment, emozzjonalment u kif ukoll finanzjarjament. Nemmen għalhekk li din id-deċiżjoni żiedet aktar ansjetà bla bżonn” 

Ekonomija

Sport