Sunday, December 22, 2024

Id-difiża targumenta li qed jinkisru d-drittijiet tal-akkużat fl-istadju inizjali

Tibda tinstema' l-kumpilazzjoni b'rabta mal-qtil Sandra Milena Ramirez

Aqra wkoll

Is-seduta ħadet żvolta minn dik mistennija wara li d-difiża għamlet referenza kostituzzjonali u talbet biex Garcia ma jiġix akkużat b’femiċidju. Kompliet biex targumenta li jekk kemm-il darba dan ikun il-każ, l-akkużat ma jistax jirrikorri għall-argumentazzjoni tal-“crime of passion” u għalhekk saħqet li fl-istadju inizjali tal-kumpilazzjoni diġà qegħdin jinkisru d-drittijiet tal-akkużat minħabba l-limitazzjonijiet tal-każ.

Id-difiża għamlet saħansitra referenenza għall-każ ta’ Roderick Cassar, li qed jiċħad il-qtil ta’ martu Bernice Cilia li wassal biex fil-liġi Maltija daħal il-kunċett tal-femiċidju li wkoll qiegħed iressaq tali argument li l-akkuża ta’ femiċidju hija diskriminatorja.

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titlob biżżejjed żmien mill-Qorti biex tirrispondi t-talba tad-Difiża u tingħata ċans biex tagħmel is-sottomissjoni tagħha. Żiedet tgħid li dan huwa l-każ iżda d-Difiża tinsisti li ma jistgħux jinstemgħu xhieda għaliex il-każ ikun preġudikat.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-avukati tal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Kaylie Bonett u Ramon Bonett Sladen u l-Ispettur Wayne Camilleri u Micheal Vella. L-akkużat qed jidher assistit mill-avukati Jose Herrera, Matthew Xuereb u Yanika Bugeja u l-avukati Arthur Azzoppardi, Jacob Mizzi u Frank Tabone qed jidhru Parte Civile.

Il-Kawża differita għas-6 ta’ Frar fis-11:45 a.m

Aktar qabel: Fil-ħin li ġej quddiem il-Maġistrat Monica Vella se tkun qiegħda tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Fabian Eliuth Garcia Parada ta’ 43 sena b’rabta mal-qtil ta’ Sandra Milena Ramirez li seħħ fit-13 ta’ Jannar li għadda.

L-għada tal-qtil, Garcia kien tressaq il-Qorti u dakinhar l-Ispettur Wayne Camilleri kien spjega ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-arrest tal-imputat. 

Qal li fit-13 ta’ Jannar, għall-ħabta tas-6.15 a.m., l-imputat Fabian Eliuth Garcia Parada ta’ 43 sena mar minn jeddu l-Għassa ta’ Tas-Sliema, kellu l-mobile miftuħ b’application biex għamel translation minn Spanjol għall-Ingliż.

Quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo, l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu, iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li d-difiża m’għamlet l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ekonomija

Sport