Thursday, April 25, 2024

Id-dokumentarju ta’ Michael Schumacher jaqsam il-qlub tad-dilettanti tal-F1

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew, Netflix, ħarġu d-dokumentarju tant mistenni tal-eks sewwieq u tal-leġġenda tal-F1 Michael Schumacher. Indubjament, dan id-dokumentarju kien wieħed mistenna mhux biss mid-dilettanti tal-F1 iżda minn kull persuna li xi darba jew oħra semgħet bl-isem tal-leġġenda Michael Schumacher.

Għal dawn l-aħħar, tmien snin, Schumacher għex f’qiegħ ta’ sodda ipparalizzat u mingħajr ma jlissen ebda kelma lill-familjari tiegħu. Dan wara li fl-2013, waqt li kien qiegħed fuq vaganza jiskijja mal-familja fil-muntanji sofri inċident li ħallih f’qiegħ ta’ sodda.

Matul id-dokumentarju, ibnu, Mick Schumacher, illum sewwieq tal-F1 mat-tim ta’ Haas, tkellem dwar kif ma jistax jaqsam ma missieru l-fatt li rebaħ il-kampjonat tal-F2 sena ilu, dwar kif saq l-istess karozza li biha missieru rebaħ mat-tim tal-Ferrari u dwar il-fatt li issa qiegħed isuq fl-ogħla diviżjoni tal-karozzi mat-tim ta’ Haas.

Dan id-dokumentarju, qasam u sewwed il-qlub tad-dilettanti tal-F1 hekk kif kulma fadal mil-leġġenda tal-Ferrari, Michael Schumacher huma memorji u filmati mill-passat.

Sport