Sunday, December 22, 2024

Id-DPM iwissi dwar influwenza prevalenti u jħeġġeġ lil dawk eleġibbli biex jitlaqqmu

… Spray nażali għat-tfal biex dawn jevitaw it-tingiża

Aqra wkoll

Minn nhar it-Tnejn 9 t’Ottubru se jkun qiegħda jibda l-proċess tat-tilqim kontra l-influwenza għal dawk il-persuni meqjusin bħala l-iktar vulnerabbli sakemm mill-ġimgħa ta’ wara dan il-programm se jkun estiż għal kulħadd.

Spjega dan id-Deputat Prim Ministru Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qiegħed iwieġeb għad-domanda tal-membru parlamentari Katya De Giovanni li talbet aġġornament dwar il-vaċċin tal-influwenza u t-tħejjija li tinsab għaddejja biex kulħadd ikun jista’ jipproteġi lilu nnifsu.

Fearne spjega li Minn nhar it-Tnejn jibda t-tilqim mingħajr ħlas għal kontra l-influwenza u qal li skont informazzjoni medika li nġarbet s’issa hemm stennija li dik tat-tip H1N1 tkun l-iktar waħda prevalenti u għalhekk ħeġġeġ lil dawk kollha li se jkunu eleġibbli biex jieħdu l-vaċċin biex kemm jista’ jkun ikollna soċjetà mill-aktar sigura.

It-tilqim se jkun miftuħ għal dawk li għandhom aktar minn 55 sena, persuni li jbatu minn mard kroniku bħalma huwa l-mard tal-qalb fost kundizzjonijiet oħra, dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa minħabba kuntatt dirett mal-pazjenti u dawk li jgħixu f’istituzzjonijiet. Dawn se jkunu jistgħu jmorru għat-tilqima fiċ-ċentri tas-saħħa mxerrdin madwar il-pajjiż bejn l-10 a.m u s-7 p.m.

Mit-Tnejn ta’ wara 16 t’Ottubru l-programm ta’ tilqim mistenni jiftaħ għal kulħadd minn tfal sa adulti u anke l-postijiet se jkunu qegħdin jiġu estiżi għal Bereġ (bi skeda), se tingħata l-fakultà li tobba tal-familja jkunu jistgħu jagħtuha lil dawk li jixtiequ jiħduha mingħandhom u anke se jkun hemm Kunsilli Lokali li se jkunu qegħdin jipparteċipaw.

Għat-tfal, se jkun possibbli li dawn jevitaw it-tingiża bi spray nażali li se jkun qiegħed jingħata fi tmiem il-ġimgħa biex dawn ma jkollhomx għalfejn jitilfu lezzjonijiet.

Ekonomija

Sport