Wednesday, April 24, 2024

Id-Dwana taqbad €63,875 fi flus mhux iddikjarati fl-Ajruport ta’ Malta

Aqra wkoll

Total ta’ €63,875 fi flus kontanti mhux iddikjarati ġew interċettati mill-uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Dan wara li passiġġier mill-Ghana li kien fi triqtu biex imur Treviso l-Italja nqabad fl-ajruport iġorr fuqu ammont sostanzjali ta’ flus kontanti li ma kinux iddikjarati mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li huma ġew mgħarrfa li l-passiġġier kellu l-flus imqassmin f’pakketti. Minn tfittxija li saret fl-ajruport stess instabu €44,290 fi tliet pakketti. Waqt li għamlulu tfittxija fil-bagalja, sabu li kellu €19,585.

Id-Dwana qalet li l-passiġġier għadda f’idejn il-pulizija biex jiġi investigat dwar l-ammont kbir ta’ flus mhux iddikjarati li kien qed iġorr fuqu.

Sport