Wednesday, March 27, 2024

Twissija ta’ riefnu għall-jumejn li ġejjin

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Diversi siti tat-tbassir tat-temp qed iwissu li fil-ġranet li ġejjin il-Gżejjer Maltin se jintlaqtu minn riefnu, tant li l-paġna “Aġġornament tat-Temp” ħabbret li “L-influwenza tal-anti-ċiklun Afrikan mistenni jibda jitlef is-saħħa tiegħu”.

Kollox mistenni jibda min-nhar it-Tlieta, 10 ta’ Jannar, filgħaxija għall-ħabta ta’ nosfillejl. Huwa mistenni li jkollna riħ mill-Punent Majjistru għall-Majjistral li se jkun qiegħed jilħaq il-Forza 7 għal Forza 8, u għandu jkompli sas-6:00 a.m. tal-Erbgħa.

Il-paġna “Maltese Islands Weathers” qalet li ser inkunu qegħdin nesperjenzaw dan minħabba li ser ikun hemm pressjoni baxxa li se tgħaddi minn fuq il-Baħar Adrijatiku. Il-paġna kompliet tgħid li l-buffuri mistennija jaħkmu lill-Gżejjer Maltin matul il-jum tat-Tlieta, tard filgħodu u waranofsinhar.

Saħqet ukoll li f’ċertu bnadi hemm il-possibilità li jilħqu Forza 9. Il-baħar se jkun qawwi ħafna, b’mewġ għoli 5.5 metri mill-Majjistral fl-aktar buffuri qawwijin. Ir-riħ jibqa daqsxejn qawwi u l-biċċa l-kbira mill-Majjistral fil-jiem ta’ wara.

Ekonomija

Sport