Friday, May 3, 2024

Identifikat il-katavru li ttella’ mill-baħar f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Christian Degabriele ittella’ mill-baħar bla ħajja wara numru ta’ sigħat ta’ tfittxija mill-Forzi Armati ta’ Malta, il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Skont l-ewwel informazzjoni jidher li r-raġel – għaddas ta’ 35 sena minn Ħal Għaxaq – miet wara li lbieraħ niżel jogħdos f’San Pawl il-Baħar.

Rapporti mhux konfermati qegħdin jirrappurtaw li r-raġel miet wara li kien involut f’xi inċident ma’ xi dgħajsa.

It-tfittxija bdiet il-Ħamis għall-ħabta tal-5:30 p.m u baqgħet għaddejja matul il-lejl kollu sakemm eventwalment instab il-katavru għall-ħabta tad-8:45 a.m. Aktar tard il-katavru ddaħħal fil-Bażi Marittima f’Xatt it-Tiben.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Sport