Wednesday, October 2, 2024

“Ieqfu oqtlu aktar nisa”

Eluf jipportestaw fil-Kenja kontra ż-żieda fil-femiċidji

Aqra wkoll

Eluf kbar ta’ persuni niżlu fit-toroq tal-Kenja biex jitolbu protezzjoni akbar u anke iżjed drittijiet lin-nies hekk kif kien hemm żieda kbira fil-każi tal-femiċidji.

Bl-għajta “ieqfu oqtlu aktar nisa, l-eluf ta’ dimostranti wettqu waħda mill-akbar protesti li qatt kien hemm fil-Kenja. Id-dimostranti imxew lejn il-Qorti Suprema ta’ Nairobi fejn talbu biex dawk kollha li jinstabu ħatja ta’ femiċidju għandhom jingħataw sentenza ferm aktar ħarxa.

Minħabba din id-dimostrazzjoni fil-kapitali Nairobi kien hemm konfużżjoni tat-traffiku hekk kif jidher li l-pulizija ma kienux lesti biex jikkontrollaw l-eluf ta’ persuni li niżlu fit-toroq.

Esther Passaris, Membru Parlamentari Kenjana pprovat titkellem mad-dimostranti, iżda huma bejn jgħajtu u jistaqsuha fejn kienet meta kienu qegħdin iseħħu dawn id-delitti u anke vjolenza domestika fuq in-nisa. HUma talbu lil Passaris biex tirriżenja minn Membru Parlamentari.

“Pajjiż ikun iġġudikat mhux kif jittratta lin-nies is-sinjuri, iżda kif jitratta u jieħu ħsieb lil aktar vunerabbli fis-soċjeta,” qal Eric Theuri, President tas-Soċjeta tal-Liġijiet tal-Kenja.

Il-midja Kenjana rrapportat li fl-ewwel jiem ta’ din is-sena diġa nqatlu 14-il mara madwar il-pajjiż apparti l-mijiet kbar ta’ każi ta’ vjolenza domestika.

Ġurnali fil-pajjiż qegħdin jirraportaw bi prominenza kbira l-ġlieda li qegħdin jagħmlu n-nisa fil-pajjiż. Skont rapport bejn Jannar ta’ 2016 u Diċembru tal-2023 inqatlu mill-inqas 500 mara. Ħafna minnhom ma tressaq ħadd il-Qorti jew inkella l-pulizija waqfu jinvestigaw.

Sport