Sunday, December 22, 2024

Ifakkar il-vittmi tat-traffiku b’appell għal toroq aktar siguri

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Fil-21 ta’ Novembru, Jum ta’ tifkira għall-vittmi tat-traffiku, Jean Todt, il-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Sigurtà fit-Toroq, wera appoġġ u solidarjetà lil dawk li b’ xi mod milquta minn accident tat-traffiku.

Jean Todt qal li 1.4 miljun imutu fit-toroq kull sena. Il-mewt tat-traffiku hija l-kawża ewlenija għaż-żgħażagħ ta’ bejn il-5 u d-29 sena; 90 fil mija ta’ dawn l-inċidenti jseħħu f’pajjiżi bi dħul baxx u medju. Jean Todt, li huwa wkoll il-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi, ibbażata f’Pariġi, sejjaħ lil kull ċittadin, kumpanija u gvern biex jagħmluha r-responsabbiltà tagħhom li jagħmlu t-toroq siguri.

Jean Todt temm il-messaġġ tiegħu billi qal li l-21 ta’ Novembru, Jum ta’ tifkira għall-vittmi tat-traffiku, iġġib l-opportunità li jittieħdu azzjonijiet konkreti għal-toroq aktar siguri.

Ekonomija

Sport