Friday, October 4, 2024

Ifaqqsu 46 fekruna mir-raba’ bejta tal-fkieren f’Għajn Tuffieħa

Aqra wkoll

L-ERA, kif ukoll Nature Trust qalu li mir-raba’ bejta tal-fkieren li kien hawn f’pajjiżna f’Għajn Tuffieħa minnha faqqsu 46.

Il-bejta kien fiha 64 bajda li 16 minnhom ma kinux fertilizzati. L-uffiċjali tan-Nature Trust jgħidu li 45 fekruna faqqsu fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt filwaqt li 1 faqqset iżda nstabet taħt ir-ramel. Hija ngħatat l-għajnuna mill-VET Dr Anthony Gruppetta u ġie meħlusa b’mod immedjat.

Minn din ir-raba’ bejta faqqsu 72%, iżda l-ammont jitla għal 98% meta wieħed iqis dawk li faqqsu mill-bajd li kien fertilizzat.

Ir-raba’ bejta li nstabet f’Għajn Tuffieħa fis-16 ta’ Lulju, iżda kellha titmexxa f’Golden Bay biex tiġi żgurata s-sigurtà tagħha.

L-ERA u n-Nature Trust irringrazzjaw lill-pubbliku talli żamm mad-direzzjonijiet immirati biex jipproteġu s-sit tat-bejta u l-fkieren. Intqal li se tkompli l-ħidma fit-twettiq ta’ salvataġġ u riabilitazzjoni ta’ annimali oħra madwar il-gżejjer Maltin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport