Sunday, December 22, 2024

Iffirmat ftehim kollettiv bejn il-GWU u l-kumpanija G4S għall-ħaddiema tas-sigurtà li jagħtu servizz l-MIA

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Mejju ġie ffirmat ftehim kollettiv bejn il-General Workers’ Union u l-kumpanija G4S Security Services Limited. Il-ftehim kollettiv ikopri diversi ħaddiema li jagħtu servizz fil-qasam tas-sigurtà fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta u fih żidied sostanzjali kemm fil-paga bażika, rati aktar b’saħħithom għal ħaddiema kollha li jaħdmu Ħdud u Festi Pubblċi, ġiet introdotta on call allowance minħabba n-natura tax-xogħol, kif ukoll ġew indirizzati diversi anomaliji. Daħlu fil-ftehim kollettiv ukoll gradi li qabel ma kenux koperti. Il-ftehim kollettiv ikopri l-gradi: OJT, Host, Aviation Security Officer, Assistant Supervisor, Supervisor u Senior Supervisor.

Il-maġġoranza tal-ħaddiema konċernati kienu għadhom koperti minn ftehim kollettiv li ffirmat unjin oħra u kien għall-perjodu 2019-2021. Il-GWU rebħet ir-rikonoxximent f’April tas-sena l-oħra (2021) u dan wara li ammont sostanzjali ta’ ħaddiema rriżenjaw mill-unjin l-oħra u daħlu fil-GWU. 

Il-ftehim kollettiv iffirmat mill-GWU jkopri l-perjodu 2022-2024 u ġie approvat mill-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema. F’isem il-unjin iffirmaw il-ftehim is-Segretarju tat-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi Theo Vella u r-rappreżentanti Anton Micallef, Clive Azzopardi, Gaspare Davi, Odette Magri Smith u Sylvana Abdilla, filwaqt li f’isem il-kumpanija ffirmaw il-General Manager, is-Sur Julian Dimech u s-senior HR Officer Lorraine Cosaitis. 

Preżenti għall-iffirmar kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u l-Head of Operations / Security Manager tal-kumpanija Stephen Piscopo.

Ekonomija

Sport