L-eks attakkant internazzjonali Albaniż Igli Tare jista’ jkun id-direttur sportiv ta’ AC Milan, dan skont m’hu qed jingħad minn gazzetta Taljana. L-eks plejer ta’ Lazio u anke direttur sportiv magħhom hu l-favorit li jieħu dan ir-rwol fuq l-eks Juventus Fabio Paratici.
Id-diriġenza ta’ AC Milan tinsab lesta sabiex taħseb għall-istaġun li ġej fejn apparti li jkollhom lil Sergio Conceicao bħala kowċ, iridu staff tekniku b’saħħtu sabiex it-tim jissaħħaħ dejjem aktar f’kull sens.